L-ammont ta’ claims li saru dwar inċidenti mhux fatali fuq il-post tax-xogħol bejn Lulju u Diċembru tas-sena li għaddiet naqas b’24, meta mqabbel mal-2015. Madanakollu kien hemm tliet inċidenti fatali rrapportati f’dawn is-sitt xhur – żieda ta’ inċident wieħed fuq l-istess perjodu ta’ sena ilu.
Skont l-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, 1,608 persuna kienu involuti f’inċidenti mhux fatali fuq il-post tax-xogħol bejn Lulju u Diċmebru 2016. Il-maġġoranza ġraw fis-settur tal-manifattura, segwiti minn inċidenti fis-settur tat-trasport u l-kostruzzjoni.
Meta mqabbel mal-2015, l-inċidenti fil-manifattura naqsu b’67, u l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol fis-settur edukazziv żdiedu b’27.
Mal-45% tal-inċidenti kienu jinvoltu l-parti ta’ fuq tal-ġisem, bħas-swaba u l-idejn.