Kienu 16,201 pensjonant li bbenefikaw mill-iskema ta’ Bonds 62+.
Meta wieġeb mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Laburista Robert Abela, il-Ministru għall-Finanzi qal li t-Teżor alloka s-somma totali ta’ €99,638,900.
It-Teżor kien ħareġ żewġ tranches tas-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta. Wieħed ħareġ f’Settembru u ieħor f’Ottubru tal-2017.
Iż-żewġ bonds kellhom termini u kundizzjonijet simili għal xulxin.