Bi kważi 3,200 telefonata din kienet waħda mill-iktar snin riċenti fejn il-baġit qajjem interess ta’ Maltin u Għawdxin li staqsew dwaru. Dan ifisser 1,600 telefonata iktar mis-sena l-oħra.
Iktar minn 51% tal-mistoqsijiet li saru dwar il-baġit kienu marbuta mal-miżuri soċjali. Turi dan statistika li tirriżulta mill-budget helpline fejn madwar 5 telefonati minn kull 10 kienu marbuta mal-Ministeru għall-Familja, it-Tfal u s-Solidarjetà Soċjali. Fuq quddiem nett kien hemm għadd kbir ta’ telefonati marbuta mad-diversi pensjonijiet. Mhux biss il-pensjoni li jieħdu l-anzjani li rat €7 żieda fil-ġimgħa, iżda wkoll pensjonijiet oħra bħall-pensjonijiet tar-romol u d-diżabilità fost oħrajn. B’hekk mhix sorpriża li kien hemm tant interess fuq il-miżuri soċjali talbaġit hekk kif dan kien deskritt bħala wieħed mill-iktar baġits soċjali fl-aħħar snin.
3 5 % oħra tat-telefonati kienu marbuta mal-kwistjonijiet finanzjarji bħal bidliet fit-taxxa u inċentivi oħra. Saru wkoll numru ta’ domandi fuq inizjattivi marbuta mal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura. Dak għas-sena d-dieħla kien baġit ieħor mingħajr taxxi u li ħabbar ukoll bonus flimkien maż-żieda għall-għoli tal-ħajja. Kien hemm ukoll bonus għal kull tarbija li titwieled jew tiġi addottata u tnaqqis fir-rata ta’ taxxa fuq l-overtime.