Fir-rapport anwali tagħhom, Amnesty International innotaw li Malta qed timplimenta mod ġdid kif tilqa’ lil dawk li qed ifittxu l-ażil beda u li dan huwa pass ‘l quddiem mill-mod awtomatiku u mandatorju li bih dawn kienu jittieħdu f’ċentru ta’ detenzjoni. Madanakollu, Amnesty International esprimew tħassib fil-konfront ta’ miżuri kontra d-detenzjoni arbitrarja u li tmur kontra l-liġi.
Innotaw li ma kien hemm ebda wasla ta’ refuġjati bid-dgħajjes direttament mill-Afrika ta’ Fuq, għaliex ħafna kienu salvati fil-baħar jew inkella ttieħdu l-Italja. Madanakollu, 29 persuni li kellhom bżonn l-assistenza b’mod urġenti nġiebu hawn Malta.
Sal-aħħar ta’ Novembru, 1,600 persuna ġew Malta bl-ajruplan jew bil-baħar, jitolbu l-ażil. Aktar minn terz kienu Libjani. 80 kienu aċċettati taħt programm Ewropew u nżammu għal testijiet mediċi, li l-Amnesty nnotat idumu madwar 70 siegħa.