Matul il-pandemija, tlieta u ħamsin fil-mija persuna li jabbużaw mid-droga ma għamlux użu mid-droga.
Dan ħareġ minn stħarriġ li sar bejn Marzu u Mejju li għadda mill-Aġenzija Sedqa fost mija u tmenin persuna li jgawdi mis-servizzi ta’ din l-aġenzija.
Barra minn hekk dan l-istudju sab kif sittax fil-mija mill-180 parteċipant stqarru li nefqu aktar flus fid-droga.
Id-Direttur tas-Sedqa Charles Scerri stqarr, “Xi ħaġa oħra li nnuttajna hi li 16% mill-parteċipanti qalulna, stqarrew li nefqu aktar flus fejn tidħol l-użu ta’ droga, filwaqt li s-supply mill-feedback li kellna li s-supply hemm barra baqgħet l-istess matul il-pandemija, jiġifieri ma kienx hemm tibdil minn fejn sfortunatment li sabu biex jagħmlu l-użu mis-sustanzi.”
Id-Direttur tas-Sedqa qal magħna kif f’dan l-istudju sabu kif ftit mill-parteċipanti għamlu użu minn tip ta’ drogi li qabel ma kinux jagħmlu użu minnhom.
Fost id-drogi li ssemmew kienu d-drogi eroina u kokaina.
Scerri qal magħna kif kien hemm żieda fl-għajnuna m’għand l-Aġenzija Sedqa tul April u nofs ix-xahar ta’ Mejju.
“Filwaqt li f’Marzu rajna tnaqqis fin-nies li rrikorrew għall-għajnuna tagħna. Imbagħad bejn April u nofs Mejju kellna ‘l fuq minn 100 rikjesta ġdida għall-għajnuna tas-servizzi tagħna ġewwa Sedqa.” Temm jgħid is-Sur Scerri.