Ibrahim Farok Ismail ta’ 33 sena miż-Żimbabwe ġie kkundannat sittax-il xahar ħabs wara li ammetta li f’Novembru li għadda seraq minn żewġt iħwienet f’Ħal Qormi.
Fil-Qorti nstema’ kif waqt is-serqiet, ir-raġel ikkawża ftit aktar minn €750 fi ħsara fl-ewwel ħanut li seraq filwaqt li l-ħsara li kkawża fit-tieni każ għadha ma ġietx stabbilita.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Għaldaqtant il-Qorti kkundannatu għal sentenza ta’ priġunerija u ordnatlu jħallas id-danni fi ħsara li kkaġuna.