Fil-Qorti, Joseph Attard ta’ 33 sena ma nstabx ħati li bħala priġunier pprova jdaħħal id-droga fil-ħabs wara li 16-il sena ilu, il-magna fil-ħabs ma qabdet xejn suspettuż u ma tqabbdux il-klieb biex jagħmlu t-tfittxija.
Dan anki jekk fil-fatt id-droga nstabet f’sorra ħwejjeġ li għaddiet għand il-priġunier minn persuna mqabbda minn omm l-akkużat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Omm l-imputat ikkonfermat li binha kien ċemplilha u qalilha li ħabib tiegħu kien se jagħtiha xi ħwejjeġ għalih biex teħodhomlu l-ħabs.
F’xhieda fil-Qorti ntqal li l-magna li suppost kellha taqbad id-droga, ma kinitx qed taħdem sew.
Filwaqt li l-Qorti ordnat il-qerda tad-droga, il-priġunier ma nstabx ħati li pprova jdaħħal id-droga minħabba nuqqas ta’ provi.