Il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel mistennija toħroġ bi pjan ta’ sittax-il punt biex tnaqqas b’mod drastiku d-deportazzjonijiet ta’ persuni li ma rnexxielhomx jiksbu d-dritt tal-ażil.
Il-Miżuri li qed tfassal Merkel se jinkludi d-dritt lill-awtoritajiet għal aċċess għall-mobiles u sim cars tal-immigranti biex tkun żgurata l-identita tagħhom.
Il-Kriżi tal-migrazzjoni laħqet punt kruċjali fil-Ġermanja fid-dawl tal-elezzjonijiet missielta iktar tard din is-sena, u anke fid-dawl tal-attakk fuq is-suq tal-Milied f’Berlin li ħalla 12 mejta.
Dan l-attakk seħħ minn Anis Amri, li jinsab fil-proċess tal-kisba tal-ażil. Il-każ ta’ Amri kien partikolari, għaliex pajjiżu rrifjutah wara li ma ngħatax id-dritt għall-ażil. Fattur li kompli jpoġġi pressjoni fuq il-Gvern ta’ Merkel.