16-il persuna mietu bi 13 oħra jinsabu mitlufa hekk kif xita qalila laqtet in-Nofsinhar tal-Ġappun. L-aġenzija tat-temp fil-Ġappun wisset li x-xita qawwija mistennija terġa’ tolqot l-istess żona il-Ħadd filgħaxija.
L-aġenzija wissiet lil dawk li joqogħdu fiż-żona milquta biex isegwu l-istruzzjonijiet li jingħatwlhom.
Il-maltemp ħalla ħerba sħiħa hekk kif saħansitra diversi persuni kellhom jixkupaw it-tajn minn ġo djarhom, filwaqt li l-forzi tal-militar qed jassistu lil dawk li huwa maqbuda fi djarhom.