16 il-kunsill lokali bbenefikaw u ħadu l-ewwel għotja ta’ aktar minn € 1,000,000 bejniethom sabiex ikunu jistgħu jtellgħu għadd ta’ proġetti ta’ fejda għall-komunita fil-lokalità tagħhom.
Il-proġetti b’investiment totali ta’ € 3,000,000 qed jiġu ffinanzjati mill-Fond għall-Iżvilupp u l-Ippjanar tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Il-proġetti se jsiru f’bosta lokalitajiet fosthom il-Fgura, Ħaż-Żebbuġ, Ta’ Xbiex, l-Isla, Ħal Qormi, il-Gudja, in-Nadur, il-Belt, il-Birgu, is-Siġġiewi, Bormla, Ħal Lija u Birkirkara.
F’konferenza tal-aħbarijiet li fi ġnien li bbenefika minn dan il-fond, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjannar Johann Buttigieg ħeġġeġ aktar kunsilli lokali sabiex japplikaw minn dan il-fond li għandu bilanc ta’ €29,000,000.
Johann Buttigieg, il-Kap Eżekuttiv tal-PA qal: “Li qegħdin nagħtu pre-financing tal-proġetti li jkunu ġew approvati ta’ 30%, u minflok jitħallas l-ammont kollu wara l-proġett, qed inqassmu żewġ pagamenti oħra li jammontaw għal 60% sabiex il-kunsilli jkollom cashflow biżżejjed”.
Il-proġett imressaq mill-kunsill ta’ Santa Venera għat-tisbih tal-Ġnien Dun Ġorġ Preca fiż-Żona tal-Palazz l-Aħmar ikkwalifika għal aktar minn
€300,000,000 u se jinkludi wkoll outdoor gym.
Is-Sindku Stephen Sultana qal li l-proġetti bħal dawn ma setgħux isiru jekk mhux bl-għajnuna tal-Gvern Ċentrali.
Stephen Sultana is-Sindku ta’ Santa Venera qal li: “ Id-differenza llum għandna proġett li jiswa madwar €300,000 u l-Gvern tagħna l-fondi kollha. Għalhekk il-proġett ġie self-financed. Allura dawn il-fondi se nużawom għall-affarijiet oħra fil-lokalità tagħhna.”
Is-Sindku tal-Ħamrun Christian Sammut qal li l-loklità tiegħu se tibbenefika għat-tielet darba minn dan il-fond bi proġett ieħor li se jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti fil-Ħamrun.
Christian Sammut is-Sindku tal-Ħamrun qal: “Irranġajna l-Pjazza tal-Kunċizzjoni u l-Pjazza tal-Kappillan Muscat. Illum għandna pjazza oħra tal-ogħla livell. Se nirranġaw żona oħra li hi Triq il-Franġiskani li hi żona oħra li fiha se nagħmlu aktar refurbishment tagħha u tisbieħ ta’ bankini. Qed naraw li kull żona tal-Ħamrun nirranġawha u nagħmluha isbaħ.”
L-għotjiet tqassmu mis-Segretarji Parlamentari Silvio Parnis u Chris Agius, flimkien mall-Ministru għall-Infrastruttura u proġetti kapitali Ian Borg.