Fl-2023 kien hemm 16-il kumpanija rreġistrati fil-gżira Għawdxija, li ddikjaraw profitt ta’ iżjed minn €1 miljun wara t-taxxa.
Dan jirriżulta minn ċifri, li ppubblika l-Ministru għall-Finanzi, Clyde Caruana, fi tweġiba għal mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Chris Said.
Il-Ministru ħabbar ukoll li kien hemm 23 kumpanija oħra Għawdxija li ddikjaraw profitt ta’ aktar minn nofs miljun ewro fi tmiem l-istess sena, waqt li 97 iddikjaraw profitt ta’ aktar minn mitt elf ewro.
Mitlub l-ammonti għall-2024, il-Ministru stqarr li dawn jistgħu jingħataw aktar tard din is-sena.
Fl-aħħar snin, l-ekonomija b’saħħitha ta’ pajjiżna għenet biex Għawdex jikseb riżultat ferm aħjar minn Malta, grazzi għall-impenn tal-Gvern biex jiżdied l-investiment u l-impjiegi għall-Għawdxin fil-gżira stess.