16 -il avukat ġdid ġew ippreżentati b’warrant mill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza, u l-Governanza Edward Zammit Lewis wara li għaddew b’suċċess l-eżami li permezz tiegħu jiksbu l-warrant.
Il-Ministru Zammit Lewis awguralhom kull suċċess u saħaq magħhom li bħala professjonisti għandhom iwettqu xogħolhom b’serjetà, imparzjalità, u b’rispett lejn il-liġijiet u r-regolamenti kollha tal-pajjiż.
Huwa fakkar li għandhom jużaw il-professjoni sabiex jgħinu lil min jiġi fil-bżonn.