Fl-aħħar azzjoni tiegħu bħala Rettur tal-Università ta’ Malta, il-Professur Juanito Camilleri ffirma Memorandum of Understanding mal-Gvern b’rabta ma’ żewġ proprjetajiet. Permezz tal-ftehim, is-sit magħruf bħala l-Kampus tal-Belt, li nbena mill-Ġiżwiti fl-1592, se jgħaddi għand l-Università ta’ Malta. Dan bi bdil ma’ parti minn art f’tal-Qroqq, li tagħmel parti mill-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali.
Jekk dan il-ftehim ikun ratifikat mill-Kamra tar-Rappreżentanti u l-Kunsill tal-Università ta’ Malta dan it-trasferiment ta’ proprjetà se jigarantixxi li l-università tibqa’ tuża s-sit oriġinali tagħha għat-tagħlim u jgħin biex isaħħaħ it-tagħlim f’livelli ogħla.
Fl-istess ħin tissolava anomalija li ilha għaddeja snin b’rabta mat-tmexxija tal-Kumpless tal-Qroqq.
Xi ħaġa li fli kliem il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, hija meħtieġa biex ikompli l-immodernizzar tal-faċilitajiet.