155 għalliem ġdid ingħataw il-warrant permanenti li huwa aċċessibbli għalihom minn fuq il-blockchain.
Ħabbar dan il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici fuq il-midja soċjali, fejn irringrazzja lil dawn l-għalliema l-ġodda talli ddedikaw il-ħin, ħiliet u l-enerġija tagħhom sabiex jieħdu ħsieb lill-istudenti.
Il-Ministru Bonnici qal li minħabba l-imxija tal-Coronavirus, iċ-ċerimonja li ssir issoltu ma segħtetx issir, iżda qal li mal-ewwel opportunità kif tgħaddi din il-pandemija din issir minnufih. Huwa qal li bis-saħħa tat-teknoloġija, dik tal-blockchain, il-warrant jinsab disponibbli għalihom.