F’ġimgħa oħra ta’ infurzar tar-regoli marbuta mal-Covid-19, l-awtoritajiet taw 1,545 multa.
1,289 persuna nqabdu mhux lebsin maskra.
148 persuna ġew immultati wara li nstabu li kienu fi gruppi ta’ aktar minn erba’ persuni.
Inħarġu wkoll 108 ċitazzjonijiet fuq ksur ta’ regoli oħra marbuta mat-trażżin tal-imxija fosthom dwar kemm jistgħu jkunu nies mistiedna f’dar.
Sitt persuni wkoll inqabdu jiksru r-regola tal-kwarantina.