‘Għandna nirringrazzjaw lil Noel li ħa jkun fit-tim ta’ kandidati għal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Konvint li Noel huwa element importanti u ħa jġib valur miżjud lil Partit Laburista u lil pajjiżna.’
Hekk stqarr il-Prim Ministru ta’ Malta Dr Joseph Muscat, waqt attività uffiċjali ta’ Noel Cassar, li saret ġewwa Rialto f’Bormla.
Huwa kompla jgħid li Cassar għandhu xogħol tajjeb ħafna, fdat b’responsabilità ta’ flejjes u investimenti kbar u li għandna bżonn nies li huma jaħdmu fl-industrija u li ġej mis-settur finanzjarju.
Dr Muscat għalaq id-diskors tiegħu billi qal li perswaz li Noel ħa jagħti kontribut għal-Malta t’Għada.
Membru Parlamentari tat-tieni distrett, l-Onor Glenn Bedingfield, tkellem rigward l-importanza li Noel għamel l-attività ġewwa Bormla, l-benniena tas-soċjaliżmu f’Malta.
Huwa stqarr li hemm bżonn li jkollna vuċi soda fl-Ewropa.
L-Onor Chris Agius tkellem rigward id-determinazzjoni li għandhu Cassar li joħroġ għal din l-elezzjoni fuq skala nazzjonali u stqarr li għandna nirringrazzjaw lil Noel li bħala Partit Laburista jsib kandidati bħalu li jikkontestaw elezzjoni bħal din.
Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Dr Helen Dalli tenniet li għandna nkunu kburin li persuna bħal Noel daħal għal din l-isfida hekk kbira, u importanti li nkomplu nisimgħu in-nies kif qiegħed jagħmel l-istess Cassar.
Fid-diskors tiegħhu, l-kandidat ghall-Parlament Ewropew, Noel Cassar, beda billi sellem lil missier il-Partit Laburista il-Perit Duminku Mintoff, iben Bormla.
Huwa kompla jgħid li xtaq li din l-attività issir hemmhekk għaliex ġewwa l-Kottonera bdiet il-karriera tiegħu fis-settur tal-finanzi, ġewwa bank kummerċjali li hemm Bormla.
Spjega l-ħolma tal-Prim Ministru Dr Joseph Muscat, li pajjiżna jkun l-Aqwa fl-Ewropa.
Hu kompla jgħid li llum il-ġurnata nistaw nghidu li din il-ħolma qed issir realtà għax pajjiżna jinsab fost l-aqwa pajjiżi fl-Ewropa.
Semma l-edukazzjoni u l-preparazzjoni lill-istudenti tagħna fl-universitajiet u l-kulleġġi għall-ġejjieni.
Tkellem dwar ir-ruħ soċjali ta’ dan il-Gvern rigward il-bini tal-appartamenti għall-Housing soċjali u żieda fil-penzjoni lil Pensjonanti.
Noel ħa jkun qiegħed joffri l-enerġija u d-determinazzjoni tiegħu sabiex Pajjiżna jkompli jimxi l’quddiem.
Kemm -il darba jkun elett fil-Parlament Ewropew, ħa jkun qiegħed jaħdem biex jara li pajjiżna jieħu kemm jista jkun fondi Ewropeja fil-perjodu li jmiss, jibqa jkun ivvantaġġjat fir-rigward ta’ liġijiet relatati ma’ taxxi.
Jara wkoll li l-Unjoni Ewropea ma tħalliniex waħedna fl-issue tal-imigrazzjoni u naraw li nżommu drawwiet ta’ pajjiżna.
Huwa temm id-diskors tiegħhu billi qal li sa’ Mejju rridu naħdmu biex nkomplu nikkonvinċu n-nies sabiex joħorġu jivvutaw lill- Kandidati kollha tal-Partit Laburista.
Cassar qal li kemm -il darba jkun elett, iwiegħed li ħa jkun il-Vuċi Tiegħek fl-Ewropa.