Mario Galea se jinħatar Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise wara li Mario Vella kien magħżul biex isir il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali.
Fi stqarrija tal-Ministeru tal-Ekonomija ntqal li Galea għandu 30 sena ta’ esperjenza fil-Malta Enterprise u l-Malta Development Corporation. Fil-fatt huwa okkupa diversi karigi f’dawn l-entitajiet u kien strumentali fin-negozjati ta’ bosta investimenti li nġiebu f’pajjiżna.