Maria hija persuna b’diżabilità u li sa minn ċkunitha ma nqalgħetx minn fuq is-siġġu tar-roti. Minkejja l-limitazzjonijiet tagħha, għal din l-aħħar sena rnexxielha twettaq il-ħolma tagħha li tgħix għal rasha u tkun indipendenti bl-għajnuna tal-carer.
Ta’ 38 sena iddeċidiet li timxi f’appartament fin-Naxxar li qed jitħallas mill-Gvern Ċentrali bħala parti mill-proġett Soċjeta’ Ġusta.
Maria Mercieca qalet: “Nqum normali, mmur ix-xogħol, x’ħin nasal nieklu u naraw it-televixin. Ħajja bħal dar normali!”
Maria għandha l-għajnuna ta’ Rochelle, minħabba l-fatt li fiżikament ma tiċċaqlaqx. Għalhekk ftit li xejn tista’ tqum minn fuq is-siġġu tar-roti.
Maria kompliet billi qalet: “Mill-ewwel qbadna,from day 1 kellna bond flimkien, nifhmu lil xulxin anke bħala ħruġ u hekk niftehmu. ”
Min-naħa tagħha Rochelle tgħid li f’Maria sabet ħabiba u għajnuna kbira.
Rochelle qalet li: “She toured me around Malta, and I love it very much as well as slightly no living,, really sheduled what we wants and she is very nice,, and I appreciate she cares for me”.
L-appartament ġie inawgurat mis-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’diżabilità Anthony Agius Decelis fil-preżenza tal-Kummissarju għal Persuni b’Diżabilità Oliver Scicluna.
Agius Degelis spjega li minkejja li l-proġett jista’ jidher żgħir għax se jakkomoda persuna waħda, dan immur pari passu mall-Politika tal-Gvern hekk kif imwiegħed fl-aħħar elezzjoni ġenerali.
Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis qal : “Però messaġġ qawwi ta’ inklużjoni soċjali! Li nixtiequ li kull persuna b’diżabilità, li tixtieq tagħmel independent living, tagħmel dan permezz tal-aġenziji tagħna. Hawnhekk għandna każ fejn persuna se tiġi waħedha u l-‘carer’”.
L-appartament jagħmel parti minn Dar Notre Dame, immexxija mill-Fondazzjoni Ħajja Indipendenti. Din id-dar hi magħmula minn għaxar appartamenti li huma mmexxija minn Connie Camillieri li hija wkoll persuna b’diżabilità.
Il-fundatriċi Connie Camilleri qalet: “Missieri u ommi ħallewli din id-dar. Waqajniha għax għjta l-foundation għax jien ma stajtx nagħmila minħabba xi liġi. Iżda l-fondazzjoni setgħet tgħamilla, u jien bqajt hawn nimmaniġja”
Bħalissa aktar minn 70 persuna b’diżabilità qegħdin jgħixu f’waħda mit-12 -il dar li fetaħ il-Gvern bħala parti mill-Proġett Soċjetà Ġusta.