Tul l-ewwel kwart ta’ din is-sena, ‘il fuq minn 180kg f’laħam, prodotti tal-ħalib u prodotti ġejjin mil-laħam tat-tjur ġew ikkonfiskati mingħand diversi passiġġiera mill-Uffiċjali tad-Dwana
Bosta minn dawn il-passiġġieri kienu ġejjin minn pajjiżi li m’humiex fl-Unjoni Ewropea. Huma ġew magħżula biex isir tixtix fil-bagalja personali tagħhom wara li meta sar l-iskreening kien hemm suspett li kienu qed iġorru oġġett li mhux sippost.
L-Uffiċjali tad-Dwana sabu varjeta kbira ta’ laħam, prodotti li ġejjin mill-ħalib, u kif ukoll prodotti li ġejjin mil-laħam tat-tjur. Fosthom kien hemm zalzett, tiġieġ nej, laħam li qata’ u bajd aħdar.
Kull oġġett li ġie kkonfiskat għadda għand is-sezzjoni tal-Ispezzjoni tal-Fruntiera tad-Dipartiment tas-Saħħa sabiex jiġu meqruda.
Dawn huma oġġetti li huma pprojbiti li jidħlu fl-Unjoni Ewropea minħabba li jġorru riskji tas-saħħa.