Fl-aġġornament mediku ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet kif kien hemm 15,000 persuna li għandhom ’il fuq minn 50 sena li applikaw online u rċievew l-appuntament sabiex jitlaqqmu.
Il-Professur Gauci qalet kif dawk li għandhom sittin sena kollha suppost rċievew l-istedina sabiex jitlaqqmu.
Appellat lil dawk li ma baqgħu ma rċievewx l-invit u għandhom ‘il fuq minn 60 sena sabiex iċemplu fuq in-numru 145.