Malta Public Transport ħabbret tibdiliet fis-servizzi tat-Tallinja Direct, bi vjaġġijiet diretti bejn lokalitajiet popolari f’Malta. Il-kumpanija topera madwar 1,500 vjaġġ tat-Tallinja Direct fil-ġimgħa, li qed jiġu pprovduti lil hinn mill-obbligi kuntrattwali.
It-tibdil li sar huwa kif ġej:
Ir-rotta ġdida TD3 bejn l-Ajruport u Buġibba bdiet topera din il-ġimgħa.
Ir-rotot TD13 (Valletta – San Ġiljan) u TD9 (Valletta – Buġibba) ingħaqdu f’rotta waħda mill-Belt Valletta sa Buġbba via San Ġiljan bħala TD13 bi frekwenza ta’ 20 minuta.
Ir-rotta TD17 minn Pembroke P&R sal-Università ġiet estia lejn l-Isptar Mater Dei.
It-tariffi għar-rotot Tallinja Direct huma kif ġej: €3.00 għal biljetti mingħand ix-xufier, €2.50 (jew żewġ vjaġġi) jekk qed tħallas bit-12-Journey Card, u €1.50 jekk qed tħallas bit-Tallinja Card.
Dawk li għandhom Tallinja Card ippersonaliżżata huma mfakkra li l-vjaġġi tat-Tallinja Direct ma jikkontribwixxux għall-capping awtomatiku ta’ kull ġimgħa jew ta’ kull xahar.