Id-Dekan ta’ Barts ikkonferma lill-Gvern Malti li sa issa 1,500 student internazzjonali wrew interess li jmoru jistudjaw fl-Isptar ta’ Għawdex.
Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fil-Parlament. Qal ukoll li 200 tabib Malti u Għawdxi applikaw biex imorru jgħallmu fl-iskola medika ta’ Għawdex.
Għal kumment tal-Membru Parlamenti Nazzjonalista Chris Said li l-istpar il-ġdid t’Għawdex għadu ma nbeniex, il-Ministru qal li mhux se jdum ma jinbeda 17-il sena.
Aktar kmieni, Fearne qal li sodda fl-isptar t’Għawdex tiġi tiswa €636 kull lejl waqt li dik f’Malta tiswa €874.40c.
Huwa qal li llum ma hemm ebda pazjenti fil-kuruduri minkejja li fl-aħħar għaxart ijiem kien hemm 1,300 pazjent ġdid, 420 pazjent aktar minn kemm daħlu fl-istess perijodu fl-aħħar Jannar ta’amministrazzjoni nazzjonalista. F’Jannar tal-2012 kien hemm 920 pazjent fuil-kuruduri.
Żied jgħid li bil-koperazzjoni ta’ Ministri oħra u tal-privat, 100 pazjent morda fit-tul li m’għandhomx għalfejn jibqgħu fl-Isptar Mater Dei intbagħtu fi djar tal-anzjani u fl-Isptar Karen Grech.