Fl-aħħar sigħat minn tal-anqas ħames dgħajjes bl-immigranti avviċinaw il-gżira ta’ Lampedusa. Fuq dgħajsa minnhom hemm 80 immigrant, fuq dgħajsa oħra ftit ’il bogħod minnha hemm żewġ dgħajjes żgħar b’87 u 65 persuna abbord rispettivament.
Skont il-midja internazzjonali, b’kollox hemm 364 persuna li avviċinaw il-kosta Taljana li aktarx se jitniżżlu Lampedusa, bil-konsegwenza li issa hemm tensjoni li se terġa’ tgħolli rasha l-kwistjoni tal-immigrazzjoni f’din il-gżira.
Jekk dawn id-dgħajjes kollha jiżbarkaw Lampedusa, din il-gżira tkun laqgħet 27 dgħajsa minn nhar il-Ħadd ‘l hawn. B’kollox fl-aħħar jiem, Lampedusa laqgħet 1,500 immigrant.