Tnediet l-ewwel inizjattiva nazzjonali ta’ karozzi li jaħdmu bl-elettriku u li jistgħu jintużaw minn kulħadd.
B’investiment ta’ €8 miljun mill-kumpanija sussidjarja Car Sharing Services Malta, f’pajjiżna ser ikun hawn flotta ta’ 150 vettura li jaħdmu bl-elettriku. Din l-inizjattiva li ser tipprovdi mezz alternattiv ta’ trasport ġiet inawgurata mill-Ministru tat-Trasport Ian Borg.
Fid-diskors tiegħu huwa semma kif din l-inizjattiva qed tifforma parti mill-viżjoni ta’ dan il-Gvern sabiex filwaqt li jkun hawn modi differenti ta’ trasport, titnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku.
Żied jgħid kif b’dan l-investiment mis-settur privat, dan ser ikun qed jgħin sabiex Malta tilħaq il-miri tagħha biex sal-2020, f’pajjiżna jkun hawn 5,000 karozza li taħdem bl-elettriku.