Madwar 150 tifel u tifla llum tellgħu purċissjoni ta’ Ħadd il-Palm fit-toroq tax-Xagħra f’Għawdex.
Din hi l-41 purċissjoni li qed tiġi organizzata mill-abbatini u grupp tal-vokazzjoni tax-Xagħra f’Għawdex.
Kull sentejn qed jiġu rrestawrati stat żgħar li huma maħduma mill-mibki Antonio Apap fejn din is-sena ħarġu tliet statwi.
Din hi l-ewwel purċissjoni mtella’ bil-pateċipazzjoni tat-tfal f’Malta u Għawdex.