Seklu u nofs ilu l-festi ta’ barra f’ġieh San Ġużepp ukoll ma kinux saru, mhux għal xi pandemija li faqqgħet jew għax ix-xita bdiet traxxax.
Il-festa ma saritx b’solidarjetà mal-Papa Piju IX li ftit xhur qabel kien għadu kif iddikjara lil San Ġużepp bħala l-Patrun tal-Knisja Universali.
Il-ħsieb kien li fid-dsatax ta’ Marzu ta’ elf tmien mija u wieħed u sebgħin, ir-Rabtin jagħmlu festa kbira devota iżda dak li ta iżjed ġieh lil qaddis tagħhom kien bħal priġunier maqful fil-Vatikan.
Il-Papa kien iċċirkondat minn dawn favur il-unifikazzjoni tal-Italja hekk kif l-Knisja f’Ruma kienet għal kontra din l-għaqda politika.
Dan l-għawġ wassal biex l-Isqof Gaetano Pace Forno ordna festi ferm iżgħar f’ġieh il-qaddis twajjeb, San Ġużepp.
“Hawnhekk ukoll l-Arċikonfraternità kienet għamlet festa speċjali però fuq ġewwa, għaliex il-festi ta’ barra kienu ġew ikkanċellati, ma sarux, b’solidarjetà mal-Papa ta’ dak iż-żmien, il-Papa Piu IX li kien ukoll dak iż-żmien priġunier fil-Vatikan ukoll minħabba s-sitwazzjoni diffiċli li kienet għadejja minnhom il-Knisja”
Ir-rettur tal-arċikonfraternità ta’ San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina esprima magħna d-dieqa hekk kif huwa qatt ma jiftakar li f’dan il-jum suppost ta’ festa, ir-Rabat ikun hekk.
Madanakollu jinsab ottimist sabiex dan il-perjodu morr jgħaddi b’wiċċ il-ġid.
“Aħna qegħdin nittamaw li nħarsu ‘l quddiem, naturalment wieħed ma jaqtax qalbu, inkomplu bil-ħidma tagħna u naraw iċ-ċirkostanzi illi jkunu jippermettu fiż-żminijiet li ġejjin biex nibqgħu niċċelebraw il-festa ta’ San Ġużepp”
Bħal-lum sitt xhur mistennija tittella’ manifestazzjoni nazzjonali Ġużeppina.
“Il-ħsieb huwa illi fid-19 ta’ Settembru li ġej issir manifestazzjoni nazzjonali Ġużeppina, simili illi saret ġewwa l-Belt fid-19 ta’ Jannar li għadda, fejn niċċelebraw b’mod solenni wkoll, nikkomemoraw dan l-anniversarju. Nisperaw illi jirnexxilna wkoll nikkomemoraw f’din il-ġurnata wkoll”