150 atleta tikkompeti fit-tieni edizzjoni tal-Malta Military Games organizzata mill-Forzi Armati ta’ Malta, b’risq Puttinu Cares.
Ir-ritorn ta’ dan l-avveniment huwa akbar minn dak li ttella’ s-sena l-oħra, inkluż il-kompetizzjonijiet ta’ eżerċizzji intensivi.
Atleti Maltin u oħrajn internazzjonali qed jikkompetu f’dan il-logħob fiżiku fejn parti mill-kompetizzjoni hija li jagħmlu sitt rawnds intensivi ta’ kompetizzjonijiet ta’ taħriġ.
Atleti internazzjonali, fosthom uffiċċjali tal-Forzi Armati tal-Iżvezja, li ġew apposta f’pajjżna biex jieħdu sehem u jikkompetu f’din l-isfida.
Dan l-avveniment, li sar fil-Barracks ta’ Ħal Luqa, kien miftuħ għall-familja kollha, fejn kien hemm varjetà ta’ attivitajiet differenti inkluż ikel u xorb, wirjiet u attivitajiet speċifikament addatati għat-tfal, bil-qligħ imur kollu għall-kawża ġusta.
Tkellimna mal-Kaptan Kayleigh Gelfo dwar din l-attività.
“Il-Malta Military Games tiġi organizzata mill-Forzi Armati ta’ Malta, din hija it-tieni edizzjoni qed nagħmlu u kull ħaġa li għandu x’jaqsam mal-Military Games huwa b’risq Puttinu Cares. Din is-sena għandna 51 tim jieħdu sehem u ftaħna diviżjoni għall-militari biss. Għandna tim mil-Iżvezja u tim mill-Forzi Armati ta’ Malta qed jieħdu sehem ukoll.”
Kayleigh Gelfo – Uffiċjal tal-AFM
Tkellimna wkoll ma’ atleta li ħa sehem.
“At the moment, the competition has been very well planned, the organisation is very nice, and the teams are organised in a very good way. I’m very happy of what I’m doing here.”