Minn tal-inqas 15-il persuna tilfu ħajjithom wara ħabta kbira fil-Kanada.
L-inċident seħħ bejn trakk u karozza tal-linja li l-biċċa l-kbira tan-nies abbord kienu anzjani.
Diversi ambulanzi u ħelikopters marru mill-ewwel fuq il-post tal-inċident.
L-awtoritajiet qalu li 10 persuni inkluż iż-żewġ sewwieqa, ittieħdu l-isptar għal aktar kura fejn ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi.
Nies li lemħu dan l-inċident qalu li kienet xena xokkanti fejn fuq il-post kien hemm madwar 20 karozza tal-pulizija u 8 ambulanzi.
L-agħar inċident tat-traffiku fl-istorja Kanadiża seħħ fl-1997 meta tal-linja waqgħet u qatlet 44 persuna.