Għaddew ħmistax-il sena minn meta inċident tat-traffiku ħasad il-ħajja ta’ ħames żgħażagħ Qrendin. Dan l-inċident kien meqjus bħala l-agħar inċident li seħħ fil-gżejjer Maltin.
David Sacco ta’ 13-il sena, Fabio Magro ta’ 16-il sena, Marco Abdilla ta’ 17-il sena, Oswaldo Emanuel Vella u Christian Camilleri ta’ 18-il sena mietu wara li għal xi raġun is-sewwieq tilef il-kontroll b’konsegwenza li l-karozza li kienu rekbin fiha baqgħet dieħla ġo ħajt fi Triq ta’ bejn ir-Rabat u Ħaż-Żebbuġ.
L-inċident kien seħħ għall-ħabta tas-siegħa nieqes kwart ta’ filgħodu.
Ix-xuffier u ż-żewġ passiġġiera l-oħra kienu ġarrbu xi ġrieħi.
Iż-żgħażagħ kienu jinsabu fi triqthom lura d-dar wara li marru BBQ li sar fir-Rabat.