It-12 ta’ Ottubru tal-2008, bħal-lum 15-il sena tħabbret il-mewt tal-eks deputat Laburista, it-Tabib Karl Chircop.
Chircop miet fi sptar f’Londra, wara li fit-3 ta’ Awwissu ta’ dik is-sena kien sofra minn stroke, bil-konsegwenza li sofra minn emorraġija fil-moħħ.
Mill-Isptar Mater Dei, kien ittieħed fin-National Hospital of Neurology and Neurosurgery f’Londra, fejn b’kollox għamel għaxar ġimgħat f’koma.
Karl Chircop serva fil-Parlament Malti bejn l-1996 u l-2008.
Sadanittant, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela f’kitba fuq Facebook qal li bħal-lum niftakru fil-memorja ta’ Karl Chircop.
Dr Abela tenna li l-kummenti sbieħ 15-il sena wara mewtu minn tant nies jixhdu l-impatt li ħalla fil-ħajja ta’ ħafna nies.