Niġerjan kien ikkundannat 15-il sena ħabs u multa ta’ €30,000 wara li nstab ħati li kien nvolut f’attività ta’ traffikar tad-droga lura f’Ottubru tal-2012.
Filfatt in-Niġerjan wasal Malta minn Spanja u mill-investigazzjoni li saret irriżulta li kien hemm il-pjan li tkun traffikata drogata kokaina b’valur li jaqbeż il-€35,000.
Dan fl-istess waqt li n-Niġerjan għen lill-pulizija jkissru ċirku tad-droga. Wara li nstab ħati mill-ġurati, minbarra ħabs u multa l-Imħallef ordnatlu jħallas €3,000 fi spejjeż tal-esperti tal-Qorti.