Minn tal-inqas ħmistax -il persuna tilfu ħajjithom wara li l-ajruplan li kienu abbord fuqu ġġarraf fil-Kazakhstan.
Uffiċjali spjegaw mal-midja kif l-ajruplan tal-Bek Air ġġarraf ftit minuti biss wara li dan tar mill-ajruport ta’ Almaty il-Ġimgħa għal titjira lejn il-kapitali ta’ Nur Sultan.
Abbord kien hemm 93 passiġġier u 5 membri tal-ekwipaġġ fejn minn tal-inqas 60 sfaw midruba. Fuq it-titjira kien hemm 85 adult, ħamest itfal u tlett itrabi.
Huma ttieħdu fl-eqreb sptarijiet fejn fosthom kien hemm ukoll tfal.