Il-Pulizija ta’ Malta qed tkompli bil-ħidma tagħha fil-qalba tal-komunitajiet hekk kif kompliet bl-isezzjonijiet b’rabta tal-immigrazzjoni rregolari fejn instabu 15-il persuna jgħixu b’mod irregolari.
In-nazzjonalitajiet tal-persuni misjuba jvarjaw mill-Bosnja, Ghana, Niġerja, Gambja, Senegal, Mali, Serbja u Georgia, fost oħrajn. Huma ttieħdu fiċ-ċentru ta’ detenzjoni biex jibda l-proċess ta’ ritorn tagħhom.
Il-ħidma qed issir f’ħinijiet u lokalitajiet differenti u kmieni s-Sibt filgħodu, il-Pulizija assistiti mill-uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni, komplew bl-ispezzjonijiet fl-inħawi ta’ Pembroke, Paceville u San Ġiljan.
Barra minn hekk saru wkoll numru ta’ spezzjonijiet f’siti ta’ kostruzzjoni.
Fl-istqarrija l-Pulizija qalu kif din il-ħidma hija parti minn spezzjonijiet regolari li qed isiru f’lokalitajiet differenti u ser tkompli fil-jiem li ġejjin.