15-il persuna qed jaffaċċjaw akkużi ta’ qtil b’rabta mal-mewt ta’ żewġ studenti Skandinavi fil-Marokk aktar kmieni dan ix-xahar. Dawn il-persuni qed jaffaċċjaw akkużi ta’ terroriżmu wkoll, fosthom li ħolqu għaqda terroristika bejniethom biex joqtlu l-persuni u jwettqu atti terroristiċi biex jikkawżaw tensjoni fil-pajjiż.
L-iġsma bla ħajja ta’ Louisa Vesterager Jespersen u Maren Ueland instabu aktar kmieni dan ix-xahar b’għonqhom imħanxar fil-Marokk viċin il-belt ta’ Imlil ħdejn il-muntanji Atlas.