15-il kumpanija u entità għażlu li jkunu parti minn strinacrowdfunding.mt.
Din il-pjattaforma diġitali twaqqfet tliet snin ilu biex tiġbor fondi li jgħinu L-Istrina: ġurnata mimlija divertiment fuq it-televiżjoni li tgħin biex jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund Foundation.
Dawn il-kumpaniji kkommettew li jiġbru xi ħaġa żgħira mingħand kull klijent, u jgħadduha lill-Malta Community Chest Fund fl-Istrina. Fost l-inizjattivi, kumpanija minnhom se tħeġġeġ lil min jirritorna kontenituri tax-xorb, iħalli d-depożitu ta’ €0.10ċ fuq kull kontenitur lill-Malta Community Chest Fund. Kumpanija oħra se tħeġġeġ lill-klijenti li jżuru l-istabbilimenti tad-divertiment, biex fil-perjodu tal-festi jagħtu donazzjoni żgħira lil min għaddej minn żmien diffiċli.
Preżenti waqt it-tnedija, il-President George Vella qal li l-Malta Community Chest Fund tirċievi talb kontinwu tul is-sena kollha.