Il-Belt Valletta hija l-ġawhra Barokka ta’ Malta. Tibqa’ magħrufa minħabba li hija mibnija fuq peniżola li tħares lejn portijiet u qaliet fuq iż-żewġ naħat u li ħadet post l-Imdina bħala l-belt kapitali tal-pajjiż wara l-Assedju l-Kbir.
Il-Kapitali tagħna għandha storja twila u ta’ fama kbira bħala ċentru ta’ governanza u amministrazzjoni għal dawk kollha li ħakmu l-arċipelagu minn mindu nbniet. Bdiet tinbena fl-1566 u tlestiet fl-1571. Intant il-Gran Mastru De Vallette ma laħaqx ra kompluta għax laħaq miet. Maż-żmien din il-belt tagħna dejjem baqgħet tistagħna. Bit-toroq f’forma ta’ gradilja, il-Belt tista’ tiġi esplorata faċilment bil-mixi, u dawk li huma avventurużi żgur ser jiġu ppremjati b’veduti estensivi, ħwienet attraenti li jbiegħu kull xorta ta’ oġġetti, ristoranti mill-aqwa u, fuq kollox, arkitettura spettakolari grazzi għall-Malti Ġilormu Cassar u Francesco Lapparelli.
Din is-sena għad tiġi studjata fl-istorja ta’ pajjiżna.