Ħidma konġunta bejn il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, dawk ta’ Kontra l-Vizzji, kif ukoll mill-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit wasslet għall-arrest ta’ 15-il persuna mill-lokalitajiet tal-Ġzira, Tas-Sliema u San Ġiljan.
Il-persuni li l-eta’ tagħhom tvarja bejn is-17 u t-43 sena nstabu fil-pussess ta’ sustanzi suspettati kokaina, kannabis kif ukoll raża tal-kannabis.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.