Fl-aħħar sigħat,148 persuna oħra fiequ mill-Covid-19, filwaqt li feġġew 200 każ minn fost 3,481 test.
Dan ifisser li 94.3% tat-testijiet li saru ġew negattivi filwaqt 5.7% ġew pożittivi.
Sa issa, fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 573,665 test.
B’kollox, s’issa, tlaqqmu kontra l-Covid-19 13,002 persuni.
Intant fl-aħħar sigħat anzjana ta’ 84 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.