Fl-aħħar sigħat, 148 persuna oħra fiequ mill-Covid-19, filwaqt li feġġew 193 każ minn fost 3,323 test.
Dan ifisser li 94.2% tat-testijiet li saru ġew negattivi filwaqt 5.8% ġew pożittivi.
Sa issa, fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 599,461 test.
B’kollox, s’issa, tlaqqmu kontra l-Covid-19 22,371 persuna.
Intant, anzjan ta’ 83 sena, anzjan ta’ 68 sena u anzjana ta’ 86 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.