Id-dokumentarju storiku, “The Romans”, kompla jiġi rikonoxxut barra minn xtutna, hekk kif ġie premjat bħala wieħed bl-aħjar muntaġġ viżiv u l-aħjar kitba fil-festival internazzjonali magħruf bħala s-SOFIES.
Id-dokumentarju sa issa rebaħ mija u sitta u erbgħin premju, fejn fost l-oħrajn ġie rikonoxxut għad-direzzjoni, ċinematografija u l-produzzjoni tiegħu, u anke ġie rikonoxxut bħala l-aħjar film edukattiv.
Din il-produzzjoni nħadmet minn CMM Productions b’kollaborazzjoni ma’ ONE Group.
Meta aċċettaw dan l-aħħar premju, Chris u Maurice Micallef, il-produtturi tad-dokumentarju, irringrazzjaw lil kull min ħadem biex The Romans ikun rikonoxxut.
F’kumment, Chris Micallef sostna li dan ma kienx dokumentarju faċli, iżda huwa jinsab kuntent ferm bir-riżultat: “This is a historical set-piece that required some extensive research when putting up this documentary, rather a difficult documentary because, apart from being exact, because it’s part of the history of Malta. Malta is very rich in its cultural heritage, this is one particular period and quite an extensive one. Trying to visualise what you write sometimes, writing is one thing and producing is another aspect, however I’m very happy about this.”