Minn tal-inqas 146 persuna mietu, wara xita qalila li ħakmet in-nofsinhar tal-Etjopja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan f’żewġ inċidenti separati, li allegatament seħħu l-Ħadd filgħaxija, u t-Tnejn filgħodu, f’dan ir-raħal fil-qalba tal-muntanji.
L-awtoritajiet tal-lokal, qalu li għadhom għaddejjin it-tfittxijiet għal xi persuni li jista’ jkun salvaw, iżda l-ammont ta’ persuni mejta jista’ jkompli jikber.
Mijiet ta’ persuni, ingħaqdu sabiex ifittxu persuni li jista’ jkun huma maqbudin.