Kien hemm 1,433 nkwlin li bbenefika minn roħs fil-ħlas tal-kera fl-akkomodazzjoni soċjali tagħhom skond kif ġie mħabbar fil-Baġit li għadda.
Meta wieġeb mistoqsija Parlamentari mid-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo, il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal li l-benefiċċjarji kollha diġà rċevew il-ħlas żejjed li ħallsu u gawdew biex titneħħa ż-żieda.
Il-Ministru Falzon fakkar li din iż-żieda kienet iddaħħlet mill-gvern Nazzjonalista.