Sa Ottubru ta’ din is-sena kien hemm 1,414-il rapport ta’ vjolenza domestika li daħlu għand il-Gender Domestic Violence Unit tal-Pulizija.
Din l-informazzjoni ħarġet minn tweġiba parlamentari li ta l-Ministru responsabbli mill-Intern Byron Camilleri.
Huwa qal li dawn ir-rapporti kienu jinvolvu 1,576 persuna, li minnhom 1,119 kienu nisa waqt li 457 kienu rġiel.
Skont din l-informazzjoni, l-aktar lokalitajiet li minnhom ġew irrappurtati rapporti ta’ vjolenza domestika kienu San Pawl il-Baħar, bi 88 rapport, Birkirkara, b’60 rapport, u ż-Żejtun, b’59 rapport.
Kien hemm sittax-il persuna li għamlu rapport u talbu għal xelter: 14 minnhom kienu nisa waqt li tnejn kienu rġiel.