Mill-2013 sa Settembru li għadda 14,000 persuna ġew imħarrka minħabba li pejpu f’postijiet pubbliċi.
Din l-informazzjoni ħarġet fi tweġiba parlamentari mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia.
L-aktar sena li ġew imħarrka persuni kienet l-elfejn u sbatax.
Dan filwaqt li l-2015 kienet l-inqas sena li ġew imħarrka nies minħabba li pejpu f’post pubbliku.
Bin-numru ta’ persuni mħarrka magħduda flimkien għas-snin 2017 u 2018 ammontaw għal ftit aktar minn 7,000.
Kien fl-2013 li daħlet il-projbizzjoni fejn min beda iqabbad sigarett f’post pubbliku seta’ jiġi mħarrek.
Fil-bidu tal-2017 daħlet ukoll il-projbizzjoni ta’ tipjip f’karozzi fejn ikun hemm anki t-tfal passiġġiera.
L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tistma li sal-2035, kull sena 24 miljun ruħ se jkun instabilhom kanċer.
Hu stmat li nofs dawn il-każijiet se jiġu minħabba fatturi tal-istil taʼ ħajja, fosthom it-tipjip.