Illum ser jiġi ppreżentat il-budget għas-sena 2020. It-tielet budget ta’ leġislatura Laburista.
Din is-sena l-budget huwa mistenni jkompli jibni fuq dawk preċedenti. Dan bil-għan li jkompli jitwettaq il-manifest elettorali li kkontesta bih il-Partit Laburista lura fl-2017.
Waqt attività politika l-bieraħ, il-Prim Ministru Joseph Msucat stqarr li l-budget li jmiss huwa parti mill-pjan tal-Gvern għal futur sostenibbli u sostna li sabiex ikompli jigarantixxi is-serħan tal-moħħ lill-poplu Malti u Għawdxi, l-Gvern irid ikun bil-għaqal u jħares fit-tul.
B’konvinzjoni l-Prim Ministru qal ukoll li apparti li se jerġa’ jkollna budget li m’hu se jieħu xejn mingħand ħadd se jkun qed jaħseb ukoll għall-esiġenzi tal-futur.
Wieħed jista’ jsegwi edizzjoni speċjali tal-programm Pjazza mħejji fuq il-budget fuq l-istazzjon ONE fil-5 ta’ waranofsinhar u mbagħad ser jixxandar id-diskors tal-budget b’mod dirett fis-6:30 ta’ filgħaxija.