Faraj Mohammed Faraj El Ragig, Libjan ta’ erbgħa u tletin sena ngħata sentenza ta’ erbatax-il xahar ħabs kif ukoll multa ta’ ħamest elef ewro wara li nstab ħati li attakka żewġ uffiċjali tal-Pulizija.
L-akkużat ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Qorti ordnat garanzija personali ta’ elfejn ewro għal żmien sena fil-konfront tal-vittmi.
Dan ma kienx l-ewwel każ li l-Libjan agredixxa lil xi uffiċjal tal-Pulizija u f’każ separat kien gidem pulizija.