Maltempata qawwija fiċ-ċentru tal-Istati Uniti wasslet għal minn tal-inqas 14-il tromba tar-riħ f’ħames stati. S’issa qed jiġi rraportat li persuna tilfet ħajjitha filwaqt li għexieren oħra ndarbu f’Arkansas.
It-trombi tar-riħ ġew irraportati wkoll f’Missouri, Tennessee, Kentucky u Illinois; filwaqt li 55 miljun persuna madwar l-Amerika jinsabu f’riskju għoli minħabba l-maltempati.
Waħda mit-trombi laqtet residenza tal-anzjani, madanakollu jidher li kulħadd inħareġ mid-dar u jinsab f’post aktar sigur.
Dawk li weġġgħu ttieħdu għall-kura f’post li ntrama apposta fi skola fil-viċin, filwaqt li oħrajn ittieħdu fi sptarijiet lokali.
Numru ta’ binjiet ġarrbu xi ħsarat f’Tennessee filwaqt li s’issa għadu mhux magħruf in-numru ta’ persuni li bħalissa jinsabu maqbuda qalb it-tiġrif.
Filwaqt li f’Illinois, warehouse tal-kumpanija Amazon ukoll ġarbet xi ħsarat.