Somalu ta’ 28 sena li jgħix l-Imsida kien ikkundanat 14-il xahar ħabs b’konnessjoni ma’ traffikar tad-droga kannabis.
Abukar Ahmed ammetta li kien fil-pusses t’24 gramma reżina tal-kannabis f’post li fih ikun hemm ħafna żagħżagħ, filwaqt li kien akkużat li kien reċediv.
Fis-sentenza tagħha l-Maġistrat Natasha Galea kkunsidrat wkoll li l-akkużat dam biex jammetti l-akkużi kontrih u li d-droga ma kinitx għall-użu personali tiegħu tant li b’dik l-ammont ta’ droga setgħu isiru aktar minn mitt joint.
Kien għalhekk li weħlitu sentenza ta’ ħabs u multa t’€1,030