Minn tal-inqas 14-il persuna nqatlu u tmien persuni ndarbu f’attakk li seħħ f’ċentru ta’ riabilitazzjoni tad-droga fil-belt Messikana ta’ Chihuahua.
Persuni mgħammda u b’armi tan0nar daħlu fiċ-ċentru fejn qabdu jisparaw fuq dawk li kienu preżenti.
Persuni li raw dan kollu jseħħ sosntew li l-aggressuri kienu lebsin ħwejjeġ qishom tal-militar u kienu qed iġorru armi tan-nar.
Il-Pulizija tal-lokal sostnew li s’issa għad m’hemmx ħjiel x’wassal għal dan l-attakk.