Fit-tmien snin għand l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol ġew rappurtati 14-il każ ta’ persuni li ddaħħlu l-isptar minħabba li ġew avvelenati mill-użu ta’ pestiċidji.
Il-biċċa l-kbira tal-każijiet kienu ta’ tfal jew inkella adulti li għamlu użu minn kimiċi biex jikkommettu suwiċidju.
Dan ħareġ waqt laqgħa organizzata mill-Awtorità, il-Kap Eżekuttiv Mark Gauci jispjega l-każijiet li jinvolvu t-tfal.
Gauci stqarr: “Tfal li jkun bex , eżempju jiftħu l-cupboard u jixorbu milli jsibu jkunu jridu jittieħdu l-isptar.”
Minn din l-istatistika persuna waħda kien bidwi li ġie avvelenat minn pestiċidji wara li kien għaddej bix-xogħol fl-għelieqi tiegħu.
Gauci saħaq magħna fuq il-prekawzjonijiet meħtieġa.
“Il-pestiċi meqjusa bħal kimika perikoluża infatti wieħed irid joqgħod attent meta juża dawn il-kimiċi għax iġorru wkoll mard kroniku”, sostna Gauci.
Indirizza l-istess laqgħa l-Ministru Edward Zammit Lewis dwar ix-xogħol siewi li qiegħda tagħhmel l-OHSA sabiex tevita l-periklu fuq il-postijiet tax-xogħol.
Il-Ministru Edward Zammit Lewis stqarr: “Entità importanti. Irrdu nedukaw iktar lis-soċjetà u nagħtu taħriġ lil ħaddiema.”